Randolph De Battista jħabbar ir-riżenja tiegħu mir-rwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Ħaġa tal-iskantament kif anke fi stqarrija tar-riżenja għażel li jqarraq bil-Laburisti meta pprova jaghti l-impressjoni li ilu mit-2019 f’dan l-irwol.
Randolph De Battista konvenjentement nesa’ jgħid li kien twaqqaf minn Robert Abela ftit wara l-ħatra tiegħu ta’ Mexxej Laburista.
Kien wara l-elezzjoni li rega’ tpoġġa minn Robert Abela bħala Kap Eżekuttiv tal-Partit.
Wara xahrejn iwebbes rasu jirrifjuta li jirreżenja bil-kwiet, issa li ra li se jitkeċċa, warrab qabel tneħħa.
Infakkar lil Randolph De Battista f’dak is-Siġġu Parlamentari li kiseb mingħajr ma ħabbat bibien u mingħajr ma ksibt vot wieħed. Roddu lura lill-Partit Laburista minnufih