Kutrumbajsi minn The Times

Share

The Times għamlu kutrumbajsi kbar biex jgħattu t-tgħaffiġa li għamlu l-bieraħ fil-qorti il-konsulenti ta’ PWC.

 

Dawn kienu n-nies li ħejjew l-offerta li biha Vitals rebħu t-tender tal-isptarijiet.  Iżda l-mod kif xehdu ppruvaw jagħtu l-impressjoni li kienu biss qed jagħmlu l-kafe lil Vitals.  Dawn wara komplew bħala konsulenti ta’ Steward u tħallsu miljuni.

 

Il-konsulenti wara ħafna tidwir kellhom jammettu li ma kien irrizultalhom xejn ħażin dwar il-kumpaniji, li kien hemm ħafna esperti medici involuti u li pjan kien wieħed realistiku.

 

Dan kollu iżda The Times ħassruh. Issa tindunaw għaliex.

 

The Times iddefendew ħafna lill-konsulenti ta’ PWC, li ħejjew l-offerta ta’ Vitals. Forsi dan għaliex PWC għandhom rabtiet kbar ma’ The Times, fost l-oħrajn bħala awdituri?

 

Tafu ukoll ta’ min kienu awdituri PWC? Ta’ Pilatus Bank fi żmien meta suppost saru ħafna skandli. Imma qatt rajtu xi attakk kordinat fuqhom minn ċertu nies?

 

 

 

 

 

1 Comment

Lawrence Darmanin August 23, 2024 - 10:51 pm

Proset Neville

Post Comment