Abbuż fil-Ġurnaliżmu

Share

Jekk tabib jiżbalja hemm l-Medical Council li jista’ jeħodlu l-warrant.

 

Jekk avukat jiżbalja hemm l-Kamra tal-Avukati u jista’ jiġi dixxiplinat inkluż jieħdulu l-warrant.

 

Jekk perit jiżbalja, hemm il-Kamra tal-Periti.

 

Iżda jekk ġurnalist jiżbalja x’jiġri? Jekk iħammġek għal għomrok jew ikissirlek in-negozju b’xi gidba jew ikissirlek ħajtek b’xi storja malizzjuza x jiġri?

 

L-istat Malti għandu jassigura li l-poplu jkun protett minn ġurnalisti li jridu jabbużaw. Ħafna minnhom huma serji pero’ bħal f’kollox issib min jabbuża.