Wasal iż-żmien li jogħla l-ammont ridikolu tal-libelli.
Fil-jiem li għaddew spjegajt kif diversi professjonisti jiġu dixxiplinati meta jiżbaljaw. Iżda mhux hekk nistgħu ngħidu fil-konfront tal-ġurnalisti.
Jeżistu miżuri dixxiplinarji kontra ġurnalisti li jabbużaw? Għax fil-każ il-Gvern aħjar ixammar il-kmiem u jara x’se jagħmel!
L-Istat Malti għandu jassigura li l-poplu jkun protett minn ġurnalisti li jridu jabbużaw. Ħafna minnhom huma serji pero’ bħal f’kollox issib min jabbuża.
Meta wieħed jikkunsidra l-ammont tal-libelli ma jeċċedix il-11,646.87 Ewro, allura wieħed jasal fil-konklużjoni din mhux libertà tal-espressjoni iżda liġi tal-ġungla.
Din ir-realtà twassal għal mistoqsija sempliċi?
Meta kien l-aħħar li giet emendata din l-liġi?
CHAPTER 248
PRESS ACT
“To make provision, in place of the Press Ordinance, in respect of printed matters, and in respect of broadcasting.”
23rd August, 1974
Iva rajtu sew, 23 ta’ Awissu 1974‼️
L-aħħar li gie emendat dan l-artiklu kien fl-1996.
L-ammont tal-libelli ma jeċċedix il-11,646.87 Ewro.
Xi jfisser dan kollu?
Ifisser li min irid jabbuża għandu via libera.
Ejja nżommu f’moħħna li meta għaddiet din il-liġi, ma kienx jeżisti l-internet, websites u lanqas bloggers. Il-ġurnaliżmu kien ikkontrollat kważi kollu fil-gazzetti. Jekk xi ġurnalist iħammġek b’xi storja malizzjuza, kontra dak li kien iseħħ qabel, fejn l-istorja kienet tibqa’ f’pajjiżna, illum permezz tal-internet, fi ftit minuti tkun esposta mad-dinja kollha!
U l-ammont tal-libelli ma jeċċedix il-11,646.87 Ewro!
Allura Sur Gvern, il-valur tar-reputazzjoni tan-nies baqa l istess?
Wara li qist is-sitwazzjoni, xtaqt nwassal proposta sempliċi iżda żgur tgħin biex tinħoloq stampa ċara ta’ kif il-Gvern jista’ jirrimedja u jtaffi dan l-iżbilanċ fil-konfront ta’ ħafna.
Għaldaqstant, nissuġġerixxi lill-Gvern jagħmel eżerċizzju sempliċi billi jara l-cost of living index attwali. Minn hemm għandu jkollu stampa ċara tad-differenza li hemm bejn dak li kien ikkalkulat fl-1996 u r-realtà tal-lum.
Sur Gvern, xammar il-kmiem u ara x’se jagħmel.