Il-proċess preparatorju għal progetti t’enerġija rinovabbli għaddej b’ritmu tajjeb.
Wara li ġew identifikati ż-żoni ideali 12-il mil nawtiku ‘l boghod mill-kosta Maltija, InterConnect Malta ikkummissjonat stħarriġ biex tanalizza qiegħ il-baħar f’dawn iż-żoni.
Il-proġetti li potenzjalment qed inħarsu lejhom huma proġetti ta’ floating wind farms.
Dan huwa pass ieħor importanti fil-ħidma li qed nagħmlu bħala pajjiż biex inżidu l-enerġija rinovabbli.
Sors: Sostenibilità