Nepotiżmu Sfrenat

Share

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha.

 

Ejja ma ninsewx il-kruċjata tagħhom fil-konfront ta’ Clayton Bartolo meta akkużawh li rranġa mal-Ministru Clint Camilleri biex is-sieħba tiegħu (illum martu), tingħata impjieg fil-Ministeru għal Għawdex.

 

X’ma staqsewx dakinhar? U kemm tkażaw.

 

 

Nistaqsi lill-Partit Nazzjonalista u l-akkolti tagħhom x’inhi l-pożizzjoni tagħhom quddiem dan il-konflitt ta’ interess?

 

Dan mhux nepotiżmu sfrenat?

 

Se toħorġu tikkundannaw lil Metsola għal dan in-nepotiżmu?

 

Dan mhux ksur ta’ etika? Jew l-etika skont kif taqbel lilkom?

 

FRATERNITÉ

 

Dawn huma nies jemmnu li huma aħjar minn kulħadd, u li l-interessi ‘demokratiċi’ tagħhom għandhom ikunu protetti akkost ta’ kollox, anke a skapitu tall-bqija tal-poplu.