Kont qed nagħmel riċerka dwar kitbiet li nkitbu dan l-aħħar u sibt dan l-artiklu. It-titlu biss huwa xokkanti.
Iddeċidejt nagħmel mistoqsijiet lill-Prim Ministru.
Prim Ministru,
Int taċċetta li martek tiġi indirizzata b’dan il-mod?
Kuntent b’din is-sitwazzjoni Prim Ministru?
Għaliex qed tiġi kkundizzjonat minn sitwazzjoni ta liġi inadegwata li qed joħloq il-Gvern stess?
Minn x’hiex qed tibżgħu biex tibdlu l-liġi?
Min qed jheddidkom?
Prim Ministru, għandek obbligu tipproteġi mhux biss lil martek iżda liġi li toffri protezzjoni lil kull min isofri abbuż jew malafama.