Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lil Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha.
Matthew Tabone ħa post Leticia Zuleta De Reales Ansaldo, li saret id-Direttur tar-Relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew.
Bil-ħaqq ; Matthew Tabone mhux ir-raġel t’oħtha?
Ħol xagħrek u ġib iż-żejt kieku għamilha xi ħadd mill-kamp Laburista. Imma dawn jistgħu għax Nazzjonalisti.
Is-salarju għal Matthew Tabone għal din il-kariga jista’ jlaħħaq sa €20,000 fix-xahar.
Fil-lingwa Franċiża hemm kelma partikolari li tfisser dan kollu f’kelma waħda;
FRATERNITÉ
Nies li jemmnu li huma aħjar minn kulħadd, u li l-interessi ‘demokratiċi’ tagħhom għandhom ikunu protetti akkost ta’ kollox, anke a skapitu għall-bqija tal-poplu.
Oqqbra mbajda‼️