Repubblika ser toħorġu tikkundannaw lil Metsola bħalma kkundannajtu lil Justyne Caruana?

Share

Tiftakaru x’attakk ma jaqta’ xejn minn Repubblika fuq Justyne Caruana li baqa għaddej sa ma rreżenjat minn Ministru għall-Edukazzjoni?

 

 

Sadanittant, Roberta Metsola ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha. Kariga li ġġib magħha salarju ta’ 20,000 Ewro fix-xahar.

 

Rule of Brother-In-Law‼️

 

Sinjuri ta’ Repubblika, xi tgħidu dwar dan in-nepotiżmu sfrenat?

 

Se toħorġu tikkundannaw lil Metsola bħalma ikkundannajtu lil Justyne Caruana?

 

Dan mhux ksur ta’ etika? Jew l-etika skont kif taqbel lilkom u lil butkom?