L-Industrija tal-Gideb

Share

Bil-gideb tista’ tikkundizzjona ħafna sitwazzjonijiet. Tista’ tbeżża nies, tant  li jkollhom jobduk.

 

Tista’ twassal biex nies jiġu jitkarrbulek biex ma tweġġagħhomx  u jaghtuk kull ma titlobhom.

 

Daqshekk hi b’saħħitha l-industrija tal-gideb!

 

Ara tahsbu li min jipprattika u jopera fl-industrija tal-gideb jagħmel dan għalxejn.

 

 

L-industrija tal-gideb trendi sew, u bħal kull industrija oħra, tiffjorixxi skont l inċentivi.

 

U l-inċentivi lil din l-industrija? Liġi ridikola ta’ żmien żemżem. Liġi attwali tad-daħk toffri inċentivi kbar lil min irid jabbuża u jopera fl-industrija tal-gideb.