L-industrija tal-gideb trendi sew

Share

Ħalli nkompli nispjega din l-industrija.

 

L-industrija tal-gideb trendi sew, u bi żmien inħoloq ċirku korrott. Parti minn dan ir-racket issib ukoll ġurnalisti.

 

Nistħajjel tistaqsuni “imma kif?”

 

F’din l-industrija hemm min saħansitra jikteb kontrik, imbagħad jiġi għandek u jieħu flus biex jagħtik pariri kif għandek tirreagixxi.

 

L-istejjer ħafna drabi jonqsu jew jieqfu għal kollox.

 

Mhux hekk biss, talli wara jghidlek “jaqbillek jekk storja kontrik noħroġha jien ħalli nikkontrollawha.”

 

Ħlasijiet?

 

Ara taħsbu li min jipprattika u jopera fl-industrija tal-gideb jagħmel dan għalxejn.

 

Ħlasijiet isiru cash ħalli ma jidher xejn.

 

 

Sadanittant, dawn kollha moħħhom mistrieħ għaliex il-liġi attwali tad-daħk toffri inċentivi kbar lil min irid jabbuża u jopera fl-industrija tal-gideb.

 

Sur Gvern, xammar il-kmiem u ara x’se jagħmel‼️