L-involviment ta’ Bloggers fl-Industrija tal-gideb

Share

L-industrija tal-gideb trendi sew, u bi żmien inħoloq ċirku korrott. Parti minn dan ir-racket issib ukoll bloggers.

 

Iva, apparti li hawn numru ta’ ġurnalisti, f’pajjiżna hawn involuti wkoll bloggers.

 

Bloggers li jitħallsu kull xahar minn politiċi u professjonisti sabiex jiggarantixxu li ma jiktbu xejn dwarhom jew l-interessi tagħhom.

 

Bloggers mħallsa tajjeb sabiex ċerti politiċi u professjonisti jmexxu l-aġenda personali tagħhom u jiddettaw huma x’għandu jinkiteb u lil min u meta għandhom jattakkaw.

 

Bloggers li intużaw biex ikissru politiċi, negozji u saħansitra familji.

 

Din mhux korruzzjoni wkoll? 

 

Sadanittant, għandna liġi ridikola ta’ żmien żemżem. Liġi attwali tad-daħk toffri inċentivi kbar lil min irid jabbuża u jopera fl-industrija tal-gideb.

 

 

Impunita’ sfaċċata.

 

Sur Gvern, x’qed tistenna biex temenda l-liġijiet?

 

Jaqaw din l-impunita’ konvenjenti għalik?

 

Jew qed tistenna li jissemmew l-ismijiet biex forsi toħroġ mill-koma u taġixxi?

 

Nassigurakom li se nkompli ninsisti.

 

Sur Gvern, xammar il-kmiem u ara x’se jagħmel‼️