Attakk kodard fuq Helena Dalli

Share

 

Is-sit elettroniku Illum.com irrapportaw skont huma “sorsi qrib il-PL” isostnu li Helena Dalli qed tissielet biex bażikament issalva l-karriera Ewropea tagħha. L-istess sorsi spjegaw kif “Dalli qed tkun minn ta’ quddiem sabiex tagħmel il-bsaten fir-roti għal Micallef.”

 

Nassigurakom li dan huwa artiklu orkestrat bi skop sabiex itappan ir-reputazzjoni ta’ Helena Dalli. Xejn inqas minn dan. 

 

Mela ejja ngħidu l-fatti kif inhuma.

 

Bħal ma tafu, jien kont minn tal-ewwel li awgurajt lil Glenn Micallef għan-nomina ta’ Kummissarju Ewropew. Iżda fil-verità qed issir pressjoni kbira fuq Robert Abela sabiex jirtira lil Glenn Micallef, illi kien in-nominat tal-Gvern għal Kummissarju Ewropew.

 

Ir-raġuni prinċipali hi waħda differenti minn dak li l-Gvern qed jagħti x’jifhem.

 

Sorsi mill-qalba ta’ Brussell ikkonfermaw li r-raġuni għal pressjoni fuq il-Gvern ġejja direttament minn Ursula von der Leyen nnifisha.

 

L-istess sorsi jikkonfermaw li kien hemm komunikat bejn der Leyen u Abela fejn minn naħa tagħha saħqet li għandu jirtira lil Glenn Micallef bħala l-innominat tal-Gvern Malti u floku tiġi nnominata mara.

 

Iżda lil hinn minn hekk, il-Gvern qed jipprova jaħbi li von der Leyen irrakkomandat speċifikament li Helena Dalli għandha tkun l-għażla ta’ Malta għal Kummissarju Ewropew.

 

Mela mhux talli von der Leyen tinsisti fuq kandidatura femminili, talli adirittura tinsisti li għandha tkun Helena Dalli.

 

Dan kollu kkonfermawh miegħi saħansitra impjegati ta’ MEPs Maltin kemm tal-Partit Laburista kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista.

 

Dan kollu juri kemm Dr. Dalli għamlet unur lil pajjizna u kienet għażla eċċellenti meta fl-2019 ġiet innominata Kummissarju Ewropew.

 

Jekk Ursula Von Der Leyen trid lil Helena Dalli aħna l-Maltin għandna sew fuq min induru bħala partit u pajjiz.