Konferma minn POLITICO dwar ir-Rule of Brother-In-Law ta’ Metsola

Share

Ftit tal-minuti ilu, il-ġurnal influwenti POLITICO għadu kemm ikkonferma dak li ilna ngħidu ġimgħa;

 

“European Parliament President Roberta Metsola has made her name as a fierce anti-corruption fighter — but has been less transparent about her home life.”

 

Mela l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha.

 

Il-ġurnal POLITICO ikkritika lill-Roberta Metsola għal mod xejn trasparenti meta tiġi biex tieħu deċiżjonijiet bħal ma ħadet il-ġimgħa l-oħra.

 

Iva, fi ftit kliem POLITICO qed jikkrita in-nepotiżmu sfrenat ta’ Metsola u jsostni li dak li għamlet xejn ma jirrifletti tajjeb fuq persuna tant voċifera fejn tidħol il-korruzzjoni.

 

 

Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista u l-akkolti tagħhom mank lisnu kelma waħda ta’ kritika dwar dan il-konflitt ta’ interess oxxen.

 

Meta jiġu għalihom, ksur ta’ etika ma teżistix, għax l-etika skont kif taqbel lilkom.

 

FRATERNITÉ

 

Dawn huma nies jemmnu li huma aħjar minn kulħadd, u li l-interessi ‘demokratiċi’ tagħhom għandhom ikunu protetti akkost ta’ kollox, anke a skapitu tal-poplu.