Kien il-15 ta’ Mejju 2022. L-Ukrajna rebħet Il-festival tal- Eurovision. Mhux se nidħol fil-mertu kif u għaliex rebħet il-festival, però interessanti ħafna tweet ta’ Roberta Metsola eżattament wara li tħabbar ir-riżultat.
“Congratulations #KalushOrchestra and #Ukraine! 🇺🇦🏆 #Eurovision #ESC2022
Next year in #Kyiv – in a free Ukraine. I will be there.
Slava Ukraini!”
Dan ifisser li skont Roberta Metsola, aktar minn SENTEJN ilu l-gwerra kella tispicca u skont l-Ex President Ukren Zelensky kellu jiġi organizzat il-Eurovision f’Mariupol.
Sentina sħiħa ta’ Roberta Metsola hekk kif ftit tal-jiem wara il-belt ta’ Mariupol saret parti mit-territorju Russu.
Dan kien wieħed mill-akbar ‘Political Miscalculation’ minn President jew Prim Ministru f’dan is-seklu. Iżda mbierka s-sappjenza t’Alla, ħadd qatt ma jsemmiha jew jindenja ruħu jistaqsi lil Metsola dwarha.
President Roberta Metsola,
X’għandek xi tgħid fuq dan il-gaffe politiku minn naħa tiegħek?
Ktibt hekk għax kont veru emmint li se ssir, jew biex tinbex pajjiż ieħor?
Għalkemm b’azzjonitek dejjem urejt li qatt ma emmint li l-gwerra għandha tieqaf.