Fit-12 ta’ Jannar tas-sena l-oħra Roberta Metsola kienet tellgħet din it-tweet…tiftaħar li ppreżentat riforma li se ġġib aktar integrità u kontabbiltà fil-Parlament Ewropew.
Illum l-istess Metsola u l-Parlament Ewropew huma taħt il-lenti hekk kif kien żvelat li r-raġel ta’ Metsola għandu kunflitt ta’ interess b’xogħol li jagħmel mal-lobby tal-industrija tal-cruiseliners.
Fl-istess regoli, Metsola eżentat ruħha minn dan ir-rekwiżit li jorbot lil persuni oħra fil-Parlament Ewropew.