L-MEP Daniel Attard jikteb lill-Ombudsman tal-Unjoni Ewropea dwar nepotiżmu u kunflitt t’interess mill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola.
F’ittra lill-Ombudsman tal-Unjoni Ewropea, Emma O’Reilly, l-MEP Laburista Daniel Attard talab azzjoni dwar aġir ta’ nepotiżmu u kunflitt t’interess mhux dikjarat mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
Dan wara li fl-aħħar jiem tħabbar li Metsola ħatret lir-raġel t’oħtha bħala Kap tal-Kabinett tagħha, u llum ġie żvelat li naqset milli tiddikjara kunflitt t’interess b’rabta ma’ rwol ta’ żewġha.
Ta’ min ifakkar li Metsola kienet diġa pprovat taħtar lir-raġel t’oħtha fl-istess kariga fil-passat, iżda irtirat id-deċiżjoni tagħha wara kritika qawwija li affaċċjat mill-media Ewropea. Iżda jidher li dak li kien jgħodd qabel l-elezzjoni ma għadux jgħodd issa li Metsola ingħatat mandat ieħor fit-tmun tal-Parlament Ewropew.
L-ittra li intbgħatet aktar kmieni llum qed tiġi annessa ma’ din l-istqarrija.