Sur Joe Caruana,
Kummissarju tat-Taxxi
Sur Caruana,
Nirreferi għal kummenti tas-Sur Mark Camilleri fuq il-media soċjali.
Fost l-oħrajn jiftaħar kemm qed jaqla’ flus mil-Bitcoin.
Il-bieraħ staqsejtu pubblikament hux jiddikjara l-flus li jaqla’ mil-Bitcoin għal fini ta’ taxxa?
Staqsejtu din il-mistoqsija għall-fatt illi l-imsemmi ilu snin jgħajjar bil-korruzzjoni lil kull min ifettillu.
Qed ġentilment nitolbok pubblikament sabiex fil-kompitu tiegħek ta’ Kummissarju tat-Taxxi tieħu nota dwar dawn il-kummenti tas-Sur Mark Camilleri.