Jekk ninjoraw il-messaġġ, in-nies ibiddluna.

Share

Segwejt il-programm tal-RTK mmexxi mill-Prof Andrew Azzopardi.  Wieħed mill-mistiedna kien l-eks Deputat Laburista Jean Claude Micallef.

 

Biex inkun għidt kollox, qabel ma segwejt il-programm fettilli naqra artiklu ta’ Net News relatat mal-imsemmi intervista.

 

Mhux se noqgħod nikritka l-interpretazzjoni qarrieqa ta’ Net News, però se nikkumenta dwar dak li smajt.

 

e4ddfec4-033e-463f-a3d8-aaa174e95d38

 

Kemm-il darba t-tmexxija u l-istrateġisti tal-Partit Laburista jibdew jinterpretaw tajjeb is-sitwazzjoni politika daqskemm analizzaha Jean Claude Micallef, inwasslu l-Partit Laburista lejn rebħa oħra. Jekk ninjoraw il-messaġġ, in-nies ibiddluna.

 

Ironikament xi ħadd bħal Jean Claude Micallef qatt ma tarah mistieden fuq ONE.

 

Min għandu moħħ, għandu jsegwi d-dibattitu sħiħ u jaraf li fi ħdanna għandna nies kapaċi li minflok ma aprezzajnihom, tajnihom bis-sieq.