Mr. Chris Fearne,
Se nkellmek dwar Deputat Parlamentari Nazzjonalista li xi snin ilu, eżattament meta int kont Deputat Prim Ministru, kien f’xifer li jirreżenja.
Qed nirreferi għat-tabib Stephen Spiteri.
Veru li meta l-Onor. Stephen Spiteri kien għaddej mill-għawġ kbir, inti forsi ta’ raġel twajjeb li inti, rajt kif forsi tgħin?
Però meta sibt ruħek fl-għawġ inti, it-tabib Stephen Spiteri x’għamel biex jgħinek?
Ħareġ għonqu għalik Stephen Spiteri?
Dan gawda minn wisq protezzjoni minn fuq daharna l-Laburisti u ma tagħna xejn lura.
Għaliex din l-Impunita’ kollha ma Stephen Spiteri?
Min verament beda joħroġ għonqu għal Stephen Spiteri?
Kellek pressjoni minn terzi sabiex tipproteġih?
Fil-kompitu tiegħek ta’ Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, veru li tajt struzzjonijiet biex “jibżgħu” għad-Deputat Stephen Spiteri?
Mela mhux talli ma warrabx, talli lanqas biss ġie investigat mill-pulizija. Oltre minn hekk, fl-2022 ikkontesta l-elezzjoni ġenerali u ġie elett.
Nerġa nfakkrek, dan kien f’xifer li jirreżenja!
X’ma jkunx irrabjat il-Laburist‼️