Iwieġeb l-Onor. Ivan J. Bartolo

Share

Fil-jiem li għaddew rajna kif Ivan J. Bartolo kien kostrett jiċħad dak li jien ktibt dwar il-ħsieb ta’ riżenja.

 

Il-bieraħ kelli korrispondenza mal-Onor. Bartolo. Qed nippubblika il-komunikat ta’ bejnietna.

 

“Onor. Ivan J. Bartolo,

 

insellimlek u nispera li tinsab tajjeb.

 

Jien Neville Gafà.

 

Bħala ċittadin komuni, ippermettili nistaqsik xi mistoqsijiet bħala Membru Parlamentari elett minn nies u għan-nies;

 

Huwa minnu li kont se tirrezenja mill-Parlament?

 

Huwa minnu li kellek l-ittra tar-riżenja lesta biex tissottomettiha wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew?

 

Huwa minnu li saritlek pressjoni mill-Kap tal-Partit u Membri Parlamentari oħra sabiex ma twarrabx?

 

Tislijiet”

 

 

Din kienet it-tweġiba mill-Onor. Bartolo;

 

“Dear Neville,

 

Good morning.

 

As promised yesterday evening I am providing you with my replies.

 

I am sure that your readers, you and I agree that our country is crying out loud for complete and utter maturity in our political landscape.

 

Malta has several challenges and collectively we should all be channeling our energy to address them for the well being of our nation. Consuming our energy on such matters with a view to divide and conquer adds absolutely no value to our nation.

 

As far as your three questions to me via WhatsApp yesterday evening. This is my reply.

 

Last Friday, on your blog, you kindly published my facebook post, a post I processed myself  on my page on Friday 6th September 2024. In my humble opinion my post clearly states that I will not be resigning from parliament and or the Nationalist Party. I add, absolutely no one ever applied any pressure on me. To the contrary I feel very respected and appreciated.

 

I take this opportunity to wish and your loved ones a serene and blessed Sunday.

 

Ivan J Bartolo.”

 

 

Fi tweġiba tiegħu, l-Onor. Onor. Ivan J. Bartolo filwaqt li kkonferma li mhux se jirreżenja, fl-ebda waqt ma ċaħad dak li ktibt jien li sa ftit ġimgħat ilu kien se jirreżenja. Dan stat ta’ fatt li jixhduh esponenti Nazzjonalisti qrib tiegħu.

 

Fl-istess tweġiba, Ivan J. Bartolo naqas milli jiċħad li saħansitra kellu l-ittra tar-riżenja lesta sabiex jissottomettiha lill-Kap wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

 

Fl-artiklu li jmiss se nkun qed nispjega aktar dettalj relatati mal-ħsieb ta’ riżenja minn Ivan J. Bartolo.