Il-messaġġ qed jaqa’ fuq widnejn torox

Share

L-istazzjonijiet ONE ma jistgħux jibqgħu jitilfu iktar flus u udjenzi.

 

Kemm-il darba stazzjon televiżiv ma jibqax relevanti, jfisser li l-messaġġ tal-Partit Laburista qed jaqa fuq widnejn torox.

 

Ma tistax issolvi l-problemi li hemm b’individwi li huma parti mill-problema.

 

Il-Mexxej li nhieda l-istazzjonijiet tagħna wassal messaġġ ċar li hu inkwetat bil-livell imxandar u s-sitwazzjoni preżenti.

 

Il-Mexxej attwali ma jistax jinkwieta biss, imma jrid jaġixxi fl-interess tas-sostenibilita tal-istazzjon u b’rispett lejn Il-Laburisti kollha.

 

M’hemmx għalfejn wieħed imur ‘il bogħod. Għandna fostna min kapaċi jsalva s-sitwazzjoni. Ejja ma nibqgħux nimpikaw u nagħtu bis-sieq lil min dejjem sibnih fil-mument tal-prova.

 

Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem ir-realtà għax jekk ma ninbidlux, in-nies se jibdluna.