Kondoljanzi lill-familja ta’ Karl Gouder

Share

 

Kondoljanzi lill-familja tal-mibki Karl Gouder u l-mistrieh ta’ dejjem lilu.

 

Bħala kummentatur politiku dwar ġrajjiet kurrenti, il-bieraħ għamilt post dwar il-fatt li Karl ġie co-opted darbtejn.

 

Il-post kien sempliċi kummentarju politiku bbażat fuq fatti.

 

Ma neħħejtx il-post għax kien fih xi ħaġa ħażina iżda b’rispett u prudenza.  Anzi il-post tant kien fair comment li jista’ jkun li biex nifqa’ l-bżieżaq ta’ spekulazzjoni qarrieqa nkun kostrett kontra qalbi nerġa ntellgħu sabiex ikun ċar għal kulħadd li l-post kien fair comment dwar persuna politika.

 

Neħħejtu b’rispett però jekk se jkun hemm min juża dan r-rispett biex jispekula b’mod malizzjuż u qarrieqi mhux se jkolli diffikultà nerġa’ ntellghu għax il-post huwa fair comment dwar persuna politika u pubblika.

 

F’dan l-pajjiż kulhadd jaf min għamel snin ixerred l-ħdura u l-mibegħda u dan jien mhux talli mhux se nagħmlu talli nikkundannah.

 

Nerġa’ nagħti l-kondoljanzi.

2 Comments

Andrew farrugia September 14, 2024 - 4:36 pm

tista pls tibghati l intervista li kellek mal loveing.malta.pls ghac kont.qed insegwik tlift it text u ma nistax nerga nsibu.naprezza hafna ghac inhobb.insegwik grazzi mil qalb.

Neville Gafa September 14, 2024 - 10:29 pm
Post Comment