Kienu ftit individwi li l-bieraħ xerdu spekulazzjoni qarrieqa fil-konfront tiegħi. Tgħoddhom fuq subajk.
Mela ejjew nitkellmu dwar is-sitwazzjoni tossika fil-Partit Nazzjonalista.
“Il-weġgħat li saruli huma ikbar mill-weġgħat li qed inħoss issa bil-cancer”.
Hekk kien iddikjara l-mibki Robert Arrigo dwar kif kien ġie ttrattat mill-Partit Nazzjonalista taħt din l-amministrazzjoni.
Jien nistaqsi;
X’tip ta’ pressjoni żejda kienet saret fuq Robert Arrigo biex waslitu jitkellem b’dan il-mod?
U jista’ jkun li saret jew qed issir pressjoni żejda fuq nies oħra fil-Partit Nazzjonalista biex jeħdulhom karigi jew biex jagħtuhom karigi?
Għal lum nieqaf hawn.