Ejjew inkomplu nitkellmu dwar is-sitwazzjoni tossika fil-Partit Nazzjonalista.
Fl-ewwel parti rajna minn x’hiex kellu jgħaddi u dwar kif ġie ttrattat il-mibki Robert Arrigo mill-Partit Nazzjonalista taħt din l-amministrazzjoni.
“Il-weġgħat li saruli huma ikbar mill-weġgħat li qed inħoss issa bil-cancer”.
Kliem li jibqa’ jidwi f’moħħ kull Nazzjonalist ġenwin.
F’dan l-artiklu se nfakkru l-esperjenza inumana li għadda minna l-Onorevoli Mario Galea. Tant li kellu jwarrab għal ġid ta’ saħħtu.
L-Onorevoli Mario Galea huwa rrispettat minn kulħadd. Professjonist li dejjem ġab l-interessi tal-pazjent qabel kollox.
Sfortunatament, fil-PN, il-fatt li tkun ġenwin u sempliċi jista’ jkun ta’ żvantaġġ kbir kif ukoll ta’ periklu minħabba s-sitwazzjoni tossika li ħakmet lill-PN.
Lura fl-2022, Mario Galea kien ħa d-deċiżjoni li ma jerġax jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Galea kien stqarr li kien hemm żewġ uffiċjali fil-PN li għamlulu ħajtu infern.
Saħansitra kien intuża ġurnal indipendenti bl-Ingliż biex ikomplu dgħajfu lil Mario Galea. Dan il-ġurnal kien ippubblika ritratt kbir tad-Deputat Mario Galea bil-kliem “Not Fit For Office”.
Jien nistaqsi;
X’tip ta’ pressjoni żejda kienet saret fuq Mario Galea biex waslitu jagħmel din id-dikjarazzjoni?
X’tip ta’ pressjoni żejda kienet saret fuq Mario Galea li waslitu sabiex ma jerġax jikkontesta l-elezzjoni ġenerali?
U jista’ jkun li pressjoni żejda SARET jew qed ISSIR fuq nies oħra fil-partit biex JIEĦDULHOM karigi jew biex JAGĦTUHOM?