Jallega li Anġlu Gafà kriminal

Share

Qed inġib għall-attenzjoni tagħkom artiklu miktub minn Mark Camilleri ppubblikat fit-13 ta’ Jannar 2024.

 

L-artiklu kien jittratta l-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafà.

 

Biex ma ntawwalx, Mark Camilleri allega li s-Sur Anġlu Gafà huwa kriminal. Kiteb dan bħala t-titlu tal-artiklu kif ukoll irrepeta l-istess frażi fl-aħħar tal-artiklu.

 

 

Nistaqsi lill-Korp tal-Pulizija;

 

Ġie mitkellem Mark Camilleri dwar din l-allegazzjoni fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija?

 

Intalab Mark Camilleri jipprovdi evidenza sabiex jissostanzja dawn l-allegazzjonijiet?

 

X’passi ttieħdu kontra Mark Camilleri?

 

F’hiex waslet l-investigazzjoni?

 

Nispera li jkollna tweġiba mill-aktar fis.