L-investiment fil-iskejjel tagħna ma kienx ta’ darba imma huwa wieħed kontinwu għax hekk konna wegħdnikom.
Qed naqsam magħkom xi ritratti ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni, inkluż l-installazzjoni ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet li ftit jiem oħra ser jilqgħu mijiet ta’ studenti.
Dan apparti l-investiment massiċċ li sar fil-kampus edukattiv tar-Rabat Għawdex, li jinkludi skola Primarja u oħra Medja, l-uniku tat-tip tiegħu f’pajjiżna, kif ukoll l-investiment li sar fl-iskola Primarja tan-Nadur.
Pero’ m’hux ser nieqfu hawn. Ftit tal-jiem oħra 🔜 ser inħabbru aktar investiment fl-iskejjel Għawdxin. Dan kollu b’risq l-istudenti u l-edukaturi tagħna 🇲🇹