Ħadt pjaċir immens li fid-diskors tagħha waqt il-Konferenza Ġenerali, Dr Ramona Attard elenkat il-ħtieġa li jogħla l-ammont ridikolu tal-libelli. Din hi waħda mill-ġlidied tiegħi għal ħarsien ġust tas-soċjetà.
Punt illi għal xi raġuni jew oħra ġie irappurtat minn diversi kmamar tal-aħbarijiet għajr One News.
Nerġa nfakkar xi ktibt ġimgħatejn ilu. Il-liġi kif inhi la toffri deterrent u lanqas rimedju.
L-aħħar li gie emendat dan l-artiklu kien fl-1996. L-ammont tal-libelli ma jeċċedix il-11,646.87 Ewro.
Xi jfisser dan kollu?
Ifisser li min irid jabbuża għandu via libera.
Iffisser li l-Gvern għandu l-obbligu jevalwa l-valur tar-reputazzjoni tan-nies, li ninsab ċert li baqax l-istess. Bin-nuqqas ta’ azzjoni u bit-tkaxkir tas-saqajn, il-Gvern witta art fertili għal terroriżmu psikologiku.
Nieħu l-opportunità nfakkar lill-Gvern is-suġġeriment li kont għamilt ġimgħatejn ilu sabiex jagħmel eżerċizzju sempliċi billi jara l-cost of living index attwali. Minn hemm għandu jkollu stampa ċara tad-differenza li hemm bejn dak li kien ikkalkulat fl-1996 u r-realtà tal-lum.
Grazzi Dr. Ramona Attard talli qed timbotta dak li ilni nħambaq dwaru.