Se nkompli il-ġlieda kontra l-Impunita’

Share

Ħassejt għandi ninfurmakom minn x’hiex għaddejt fl-aħħar sigħat. 

 

Bħal ma tafu daqsi u aktar, One News jinsab f’koma u TVM ikkastrat.

 

Matul dawn l-aħħar tliet xhur ippruvajt inpatti għal din l-apatija u ħadt l-inizzjattiva nikkritika persuni li jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom. Nies li għandhom Impunita’ Assoluta.

 

Jidher iżda li uhud xejn ma ħadu pjaċir b’dak li ktibt dwar l-Impunita’ ta nies bħal-għaqda Repubblika u Mark Camilleri.

 

 

Dan tal-aħħar qażżeż lil kulħadd jgħajjar u jhedded.  Iżda ħadha bi kbira għax għidtlu li rrid immur nieħu kafè għandu.  Fuq hekk spiċċat interrogat mid-dipartiment tar-reati maġġuri tal-Pulizija.  Reati maġġuri ifmhuni!

 

Għandkom tkunu tafu Mark Camilleri huwa untouchable taħt Gvern Laburista. Jista’ jikteb u jagħmel ħsara kemm irid. Però ara ma tippruvawx tikkritikawh. Għandna Gvern maqbud mill-bajd minn Mark Camilleri.

 

Sfortunatament għall-awtoritajiet, illum ħabtu bieb ħażin. Għax inzertajt jien dawn il-mossi ma jdejquni xejn.

 

Anzi għandkom tkunu tafu li waqt l-interrogazzjoni, jien għaddejt tagħrif lill-investigaturi dwar l-Impunita’ li l-awtoritajiet Maltin qed jassiguraw lil Mark Camilleri.

 

Dan biex taraw sa fejn naslu ma ħutna l-Laburisti. Nassigurakom li mil-lum se nkompli ghaddej.  Mark Camilleri kompli inkwieta li mhux se ssib tarfi.

1 Comment

Jowi tal bar September 14, 2024 - 9:03 am

Qed tahsibhom boloh in nies ?? xil madona ha tmur taghmel inti tihu il kafe ma mark ??? sarkaszmu tat talih lis stonku, kemm tahseb il initi bravu inti ? illek nizel u tila ir russia, a useful idiot to the fuckin communist…

Post Comment