Espert ewlieni fl-inkjesta Vitals jonqos li jixhed

Jeremy Harbinson

Share

Ħalli ngħidilkom xi skandlu seħħ il-bieraħ fil-Qorti.

 

Dr. Franco Debono talab li jixhed l-espert ewlieni tal-Inkjesta Magisterjali tal-Vitals. Dan hu l-accountant mill-Irlanda ta’ Fuq, Jeremy Harbinson.

 

Dan ilu gej u sejjer Malta s-snin iżda l-Avukat Generali talbet biex jinghata permess li jixhed bil-video conference. Iżda meta msejjah ma deherx. Mhux biss iżda lanqas biss wieġeb għas-sejħa tal-Qorti biex jixhed għax-xogħol  li għalih tħallas €11 -il miljun.

 

 

 

F’ każ iehor dan il- beżżiegħ bagħat xi ħaddieħor jixhed bil-video conference f’ ismu.

 

Dawn il-persuni ghandhom jiġu mġiegħla jiġu Malta biex iwieġbu ta’ dak li kitbu.  Mhux jistaħbew wara computer u anki minn hemm jaħarbu.

 

Rajtuh miktub f’xi headline tat-Times dan l-iskandlu?  Le kien biss moħbi f’artiklu tal-Malta Today.