It-tieni kunsiderazzjoni

Share

Jien ma ndħaltx u m’għandi xejn xi ngħid la fuq Alex Sciberras u lanqas fuq Norma Saliba.

 

Huwa fatt li Norma kellha l-magna kollha ta’ Kastilja timbuttaha.  Ministri jċemplu u l-Prim Ministru għaddej bil-likes. Dr Lydia Abela ħarġet lid-delegati għal ikel ma’ Norma.  Jekk emmnu fiha sewwa għamlu.

 

Il-fatt hu li l-magna ta’ Kastilja tilfet.  Aktarx kien hemm min ried jivvota lil Norma iżda ma vvutalhiex minħabba l-mod kif tmexxiet din il-kampanja.  Kieku ma ħadmilhiex persuna partikolari, ir-riżultat kien ikun aktar iebes.

 

Dan meta hu magħruf li minkejja li bravissimu, Dr Alex Sciberras mhux mill-aktar simpatiċi.

 

Lil Dr. Alex nawguralu li jmexxi l-messaġġ li kkampanja fuqu.

 

Lil Norma nixtieq naraha nvoluta.

 

Lil Prim Ministru nittama li narah ineħħi l-ħmir ta’ madwaru għax id-delegati tawh sinjal.