Kap tal-Oppożizzjoni tal-ħabba gozz

Share

Filwaqt li nerġa nagħti l-kondoljanzi lill-familji ta’ Karl Gouder u Lorenzo Vella, ma nistax ma nikkumentax dwar dak li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li se jkun qed jinnomina lil Karl Gouder u Lorenzo Vella għal Ġieħ ir-Repubblika bħala apprezzament tas-servizz li taw lill-pajjiż matul ħajjithom.

 

 

In nomine Patris‼️

 

Kultant nibda niddubita hux qed naqra jew nisma’ sew. Għax minn dak li rrappurtat Il-Media hemm inkjesta miftuħa u mhux li ngħalqet. Allura qed nassumi li għadha miftuħa.

 

Sur Kap tal-Oppożizzjoni, int bis-serjetà? Int konxju li dwar il-mewta traġika ta’ Karl Gouder hemm inkjesta miftuħa? 

 

Ġieħ ir-Repubblika meta hemm inkjesta miftuħa? 

 

Fejn hu r-rispett lejn l-Istituzzjonijiet li tant tħabbat fuq sidrek dwaru?

 

Fejn hi r-Rule of Law Bernard Grech?

 

Int tad x’qed tgħid?

 

Kyrie eleison. Kuljum b’xi froġa ġdida. Għal lum nieqaf hawn.