Il-ġimgħa l-oħra ktibt dwar żewġ kumpaniji bl-isem S.S.M. u S.S.M. Ltd registrati fir-residenza tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Stephen Spiteri nnifsu f’Marsascala.
Dan is-sit elettroniku jinsab f’pożizzjoni li jiżvela aktar kumpaniji reġistrati fl-istess indirizz, jiġifieri fuq ir-residenza ta’ Stephen Spiteri.
Din hija l-lista ta’ kumpaniji reġistrati fl-indirizz Villa Margherita, il-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala, ir-residenza tal-Onor. Stephen Spiteri. Din hija informazzjoni pubblika li tinsab fuq d-dokument tal-vot u għalhekk qed nsemmiha.
S.S.M.
S.S.M. Ltd
BIOEN Ltd
ALTERN Ltd
CHMA Ltd
BIO OIL TECHNICS MALTA Ltd
(Sors – ICIJ Offshore Leaks Database)
Dr. Spiteri,
Ghaliex infethu dawn l-kumpaniji wara li ġejt elett fil-Parlament fl-2008?
Xi qliegħ sar minn dawn l-kumpaniji?
X’attivita’ kummerċjali svolġew l-imsemmija kumpaniji?
X’negozju involvejt ruħek fih permezz ta’ dawn l-kumpaniji?
S.S.M xi tfisser? Spiteri Stephen Matthew? Nistaqsi.
Dawn il-kumpaniji ġew dikjarati fid-dikjarazzjoni tal-assi?
Seba kumpaniji reġistrati fl-indirizz uffiċċjali tar-residenza ta’ Membru Parlamentari huma ta interess pubbliku jew le?
Dan mhux attakk personali iżda qed nistenna l-istess livell ta’ trasparenza u skrutinju li ta’ kuljum għal snin sħaħ intalbu minn politiċi Laburisti.