Il-Partit irid iħalli f’idejn Kap Eżekuttiv li jagħti ħajja ġdida u mhux jibqa’ jillapazza u jkabbar il-ferita. Kif inhu min se jidħol għalih? Min se joqgħod Direttur u jassumi d-dejn fuq livell personali?
Ir-risposta hi ĦADD.
It-Tmexxija tal-Partit trid taġixxi llum qabel għada jekk trid tibda paġna ġdida qabel ikun tard wisq u jikrolla kollox qrib l-Elezzjoni Ġenerali.
Din l-iskeda jidher ċar li hemm faqar fl-ideat, di motivazzjoni fost il-ħaddiema preżenti u kumpaniji li ma jridux jassoċjaw in-negozju tagħhom ma kwalità fqira taqta’ xi żewġ programmi. Riżultat ta’ dan ifisser li se jsir aktar telf.
Ma tridx tkun ġenju biex tifhem li min ilu jokkupa l-kariga fit-tmexxija ta’ ONE għandha ddendel l-ingwanti qabel ma tibqa’ tispara f’saqajha u fuq kull Laburist li ddedika ħinu u flusu biex waqqaf l-istazzjonijiet ONE.
Il-Mexxej li waqqaf il-ONE, Dr Alfred Sant ilu li ddikjara l-inkwiet tiegħu. Iżda mbierka s-sappjenza t’Alla, l-Mexxej attwali jidher li jrid li l-ħofra tikber iktar. Din l-apatija qed issir perikoluża.
Fl-artiklu li jmiss relatat ma l-istazzjonijiet ONE se nkun qed nidħol f’aktar dettal.
Il-ħofra mhux ħrafa.