Jgħidu lill-Prim Ministru biex jeħodha kontra Clint Camilleri

Share

Birdlife ħarġu jgħidu lill-Prim Ministru biex jeħodha kontra l-Ministru Clint Camilleri.

 

Għaliex?  Għax Clint il-Bedeq (li nannuh kienu ippruvaw jixtruh in-Nazzjonalisti tar-Rule of Brother in Law biex iwaqqa’ l-Gvern ta’ Mintoff iżda beżqilhom mis-sunnara) mhux faċċol.

 

 

Kulħadd jaf li kaċċatur u dejjem żamm mal-prinċipju.  Mhux bħal ħaddieħor minn kull naħa li jilgħab fejn jaqbillu.

 

Jien nistaqsi xi kredibilta’ jistgħu jkollhom Birdlife meta Nathaniel Attard iċċaqlaq mill-Partit Nazzjonalista għal għandhom u kien imexxihom.  Issa Attard reġa’ mar lura għand il-PN.

 

Ma naħsibx li l-kaċċaturi qatt apprezzaw veru dak li għamel magħhom Gvern Laburista.  Ibda minn Karmenu Mifsud Bonnici u kompli minn Alfred Sant u minn Joseph Muscat.  Kieku dan ma ħariġx għonqu għalihom ma kien jintrebaħ qatt ir-referendum.

 

Xorta ħafna minnhom belgħu il-lixka ta’ Eddie Fenech Adami u Simon Busuttil.

 

Issa malajr imorru jeħduhom kontra l-Bedeq.

 

Żomm sod Clint.