Xtaqt ngħaddi kumment dwar id-diskors tal-Onor. Andy Ellul, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, waqt laqgħa ta’ taħriġ u informazzjoni organizzata mid-Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER).
Meta wieħed jixtarr id-diskors tal-Onor. Ellul, huwa ċar li qed jibgħat messaġġ b’saħħtu li ż-żgħir irridu nibqgħu nieħdu ħsiebu. Iva, l-kbir inħalluh jikber, imma mhux a skapitu taż-żgħir.