Missier l-għarusa ma hu ħadd ħlief l-Eċċellenza Tiegħu Eddie Fenech Adami, li aktar tard sar Edward meta laħaq President. Iżda ppermettilna li aħna se nsejħulu Eddie.
Dak iż-żmien li nġiebu dawn iż-żewġ annullamenti f’ daqqa, Dr. Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru.
Kumbinazzjoni hux kif kumbinazzjoni t-tfal ta’ ċertu nies jitilgħu fil-polza tal-iskejjel tal-Knisja tal-Eċċellenza Tiegħu Charles Ġuda Scicluna.
Dak iż-żmien ma kienx hawn tar-Rule of Brother in Law (ta’ Metsola) biex jitkażaw. Lanqas kien hawn tar-Rule of the Father in Law.
Kumbinazzjoni iżda l-Iskoċċiż u l-familja ta’ martu huma paladini ta’ Repubblika.
Tafu min hu l-Iskoċċiż?