Ġest f’waqtu mill-Ministru Byron Camilleri

Share

Ta’ min ifaħħar u japprezza l-ġest tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

 

Byron Camilleri kellu laqgħa maż-żewġ kuntistabbli li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd sfaw aggrediti fil-Ħamrun.

 

L-inizjattiva tal-Ministru Camilleri turi ċertu livell ta’ maturità u professjonalità politika.

 

 

 

Għaliex qed ngħid dan? Għaliex dan li jitlob il-poplu. Dan li jistenna l-poplu minn min imexxi l-pajjiż.

 

Fl-istess jum rajna kif Il-Prim Ministru aċċetta jiltaqa’ mal-familja ta’ Nicolette Ghirxi u li hemm laqgħa skedata. Dan skont stqarrija maħruġa mill-Gvern.

 

Nerġa’ nuri l-apprezzament tiegħi għal dan il-ġest tal-Prim Ministru. Iżda minn naħa l-oħra il-maturità politika titlob li kellu jkun il-Prim Ministru li jitlob laqgħa mal-familja tal-vittma u minnufih, u mhux wara diversi talbiet tal-familja, fl-aħħar ġiet skedata laqgħa!

 

Nispera li l-Prim Ministru jieħu lezzjoni mill-Ministru għall-Intern u fil-futur f’każijiet simili  jkun proattiv bħalu.