Qrajt f’ The Times li l-Prim Ministru ma jridx jiltaqa’ mall-familja ta’ Nicolette Ghirxi li ġiet maqtula mill-ex sieħeb tagħha.
Jidher li ma tgħallimna xejn mill-fjask tal-każ Sofia.
Il-Prim Ministru issa jagħmel xi ġimgħa jirrifjuta li jiltaqa ‘sakemm jibda jiġi attakkat fil-Parlament u media. Hemm jagħmel U-Turn u jiltaqa’.
Il-familja titlob għal inkjesta indipendenti u hu jgħid le. L-Oppożizzjoni tippreżenta mozzjoni fil-Parlament u l-Prim Ministru jġiegħel lil kulħadd jivvota kontra.
Wara ssir protesta u l-Prim Ministru jagħmel U-Turn.
Jekk il-Prim Ministru determinat li jibqa’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu f’ dan il-każ sew jagħmel anki jekk ma naqbilx mieghu. Hu jaf aktar milli naf jien.
Li ma rridx nerġgħu niġu roundabout bħal każ Sofia u fil-każ jaqbad u jibdel il-pożizzjoni mhux joqgħod jaqa’ hu u jwaqqa’ lil Gvern u Partit għaċ-ċajt.
Il-Ministri u l-Membri Parlamentari għandhom id-dmir li jkellmuh internament u jgħidulu dawn l-affarijiet.