Kevin Cassar l-Iskoċċiż

Share

Wara l-pubblikazzjoni ta’ “Ġurnata tal-Iskoċċiż”, dan is-sit elettroniku bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet lil Mr. Cassar. Anzi nikkoreġi ruħi – Prof. Kevin Cassar, għax hekk tagħni x’nifhem kif għandi nindirizzah.

 

Qed nippubblika l-messaġġ li bgħat lil Prof. Cassar magħruf aħjar bħala “l-Iskoċċiż”. 

 

 

Mr Cassar,

 

Jien Neville Gafa qed nibgħatlek biex twieġeb mistoqsijiet li diġà staqsejtek pubblikament.  La temmen fit-trasparenza mhux se jkollok problema twieġeb.  Qed nistenna tweġiba sal-lejla.

 

1. Lest li taħlef fil-Qorti li ma kien hemm l-ebda intervent biex int u martek jinħarġlkom Annullament doppju?

 

2. F’ liema dati applikajtu int u martek għal annullament tagħkom u meta ħadtuħ?

 

3. Liema kuntratt għandek bħala kirurgu mhallas mit-taxxi tagħna, Contract A jew B?

 

F’artiklu li jmiss nikteb dwar ir-reazzjoni tiegħu.