Permezz ta’ artiklu fuq is-sit elettroniku talk.mt, l-eks Mexxej Laburista Dr. Alfred Sant tkellem dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jissussidja lill-iskejjel indipendenti biex ikunu jistgħu jħallsu lill-għalliema tagħhom pagi kompetittivi ma’ tal-gvern!
Deċiżjoni li ddeskriviha bħala “balbuljata”‘
“Apparti mill-fatt stramb li issa fondi publiċi qed jintużaw biex jissusidjaw lil min hu paxxut u jrid ikun “indipendenti” (u evviva l-inugwaljanza soċjali!), qed noħolqu sors ieħor ta’ spiża li jkompli jżid mal-paradoss tal-edukazzjoni ta’ pajjiżna”, tenna Dr. Sant.
Kompla jispjega kif Malta tonfoq ras imb’ras daqs jew aktar fuq l-edukazzjoni mill-pajjiżi Ewropej l-oħra, imma r-riżultati qed ikunu miżeri mqabbla ma’ ta’ ħaddieħor.
Hu temm jgħid li “b’din l-aħħar deċiżjoni inkredibbli ftit jista’ jibqa’ dubju għaliex dan qed jiġri.”