Aktar żlealta’ minn The Times

Share

Mela tat-Times għamlu storja fejn tkażaw li ġiet inawgurata latrina f’Marsaxlokk u li għall-avveniment kienu preżenti l-Ministru Owen Bonnici , is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli u s-Sindku Stephen Grech flimkien ma’ uhud mill-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

 

B’xi mod iddefset ukoll id-deputata Nazzjonalista Janice Chetcuti.  Imma dik ma jimpurtax.

 

U l-botti f’din l-istorja ma tantx kienu ħelwin u din l-istorja imbierek alla żammewha iktar minn ġurnata sħiħa fil-portal.  Ovvjament dan għaliex ħareġ biha l-paladin tat-Times Jason Azzopardi li mbierek Alla sar donnu għandu kontroll editorjali tat-Times.

 

Li provaw iċekknu u jitfgħu bejn is-sentenzi tat-Times kienet li l-ġurnata tal-Ħadd li għadda nzertat Jum Marsaxlokk organizzat mill-Kunsill fejn kien hemm sensiela ta’ avvenimenti li għalihom attendew il-Ministru Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli bħala l-politiċi responsabbli mill-Kunsilli Lokali. 

 

 

L-ewwel bdiet quddiesa, li għaliha Bonnici u Zerafa Civelli (u Chetcuti) attendew.  Imbagħad wara kien hemm żjara għal din il-latrina li saret b’fondi mill-Ministeru ta’ Bonnici u Zerafa Civelli li rridu ngħidu kienet meħtieġa ħafna kemm għas-sajjieda u kif ukoll għat-turisti li jżuruha.  Kien hemm ħafna ilmenti fuq hekk u prosit lill-Kunsill li indirizzaha.  Imbagħad kien hemm l-avveniment fejn ingħataw premjijiet lil diversi Xlukkajri li ħadmu għal-lokalita’ matul is-snin.

 

 

Ġew premjati Carmel Vella, Josephine Ebejer Grech, Elenia Desira, Stephen Caruana, Dr Mary Muscat u Michael Zahra li dan tal-aħħar ngħata’ Ġieħ Marsaxlokk.  Bonnici u Zerafa Civelli attendew u anke tkellmu f’din l-okkażjoni.

 

 

Aħna rridu politiċi li jkunu qrib in-nies u napprezzaw li Bonnici u Zerafa Civelli ddedikaw il-Ħadd biex ikunu qrib ix-Xlukkajri u l-Kunsill Lokali.  Żgur li ma rridux poliċi maqfulin ġo torrijiet tal-avorju, kif donnhom jippreferu tat-Times.