Prof. Kevin Cassar,
Wara snin sħaħ tikteb dwari kont nagħmlek aktar bully.
Pretendejt li se twieġeb għall-mistoqsijiet li bgħatlek wara ftit tal-ħin. Però illum nista’ ngħid li int KODARD ieħor bħall-bqija ta’ sħabek. Ġurnata waħda kienet biżżejjed biex nikxef il-limitazzjonijiet tiegħek.
Il-fatt li ma weġibtnix ikkonfermajt żewġ punti kardinali;
L-ewwel net issa neħħejt kull dubju li kelli li l-artikli li tikteb fil-verità jiktbuhomlok, għax mintix kapaċi tħarbex artiklu.
Jiktibhomlok is-Sur Richard Cachia Caruana. Bniedem għaref, intelliġenti u kif jgħid il-Malti – annimal politiku. Isma’ minni u kompli ffoka fuq il-professjoni ta’ kirurgu. Hemm ninżagħlek il-kappell. Però l-politika mhux ħobż għal snienek.
Iżda oltre minn hekk, ikkonfermajt ukoll dak li ktibtlek jumejn ilu; li din ta’ bejnietna se jkollok toħroġ minnha int. Da solo. Għax RCC mhux se jpaxxik din id-darba.
Isma’ minni u l-kliem li niktiblek tgħallem għarblu. Anzi għarblu sew.
Issa għandi mistoqsija oħra għalik.
Prof. Cassar detto l-Iskoċċiż,
Int ippruvajt tinfluwenza b’xi mod jew ieħor il-proċess tal-annullament?
Għal lum nieqaf hawn.