Kevin Cassar l-Iskoċċiż (4)

Share

Prof. Kevin Cassar,

 

Wara snin sħaħ tikteb dwari kont nagħmlek aktar bully.

 

Pretendejt li se twieġeb għall-mistoqsijiet li bgħatlek wara ftit tal-ħin. Però illum nista’ ngħid li int KODARD ieħor bħall-bqija ta’ sħabek. Ġurnata waħda kienet biżżejjed biex nikxef il-limitazzjonijiet tiegħek.

 

 

Il-fatt li ma weġibtnix ikkonfermajt żewġ punti kardinali;

 

L-ewwel net issa neħħejt kull dubju li kelli li l-artikli li tikteb fil-verità jiktbuhomlok, għax mintix kapaċi tħarbex artiklu.

 

Jiktibhomlok is-Sur Richard Cachia Caruana. Bniedem għaref, intelliġenti u kif jgħid il-Malti – annimal politiku. Isma’ minni u kompli ffoka fuq il-professjoni ta’ kirurgu. Hemm ninżagħlek il-kappell. Però l-politika mhux ħobż għal snienek.

 

Iżda oltre minn hekk, ikkonfermajt ukoll dak li ktibtlek jumejn ilu; li din ta’ bejnietna se jkollok toħroġ minnha int. Da solo. Għax RCC mhux se jpaxxik din id-darba.

 

Isma’ minni u l-kliem li niktiblek tgħallem għarblu. Anzi għarblu sew.

 

Issa għandi mistoqsija oħra għalik.

 

Prof. Cassar detto l-Iskoċċiż,

 

Int ippruvajt tinfluwenza b’xi mod jew ieħor il-proċess tal-annullament?

 

Għal lum nieqaf hawn.