L-introjtu ta’ Manuel “Arriva” Delia

Share

Sur Manuel Delia,

 

Għandi xi mistoqsijiet għalik. Għaliex ma jistax ikun li ħadd ma jazzarda jitkellem jew jikteb dwarek, inkluż il-Partit Laburista.

 

Int dejjem tgħajjat dwar it-trasparenza tal-politiċi. Dejjem trid tkun taf kollox dwar kulħadd.

 

Naqblu li għandu jkun hemm trasparenza mill-politiċi. Iżda nippretendi wkoll li għandu jkun hemm trasparenza anke mill-ġurnalisti.

 

Qabel ma nibda; iva tista’ tibda tilgħab biċ-ċineg li tant tħobb tilbes.

 

 

Se nagħmilha ċara. Se nistaqsik dawn il-mistoqsijiet ħalli nkunu ċerti jekk dak li qed tagħmel huwa veru b’rispett lejn dik il-biċċa blogger.

 

Tista’ tgħidilna x’inhu l-introjtu tiegħek Manuel Delia?

 

X’inhu l-impjieg tiegħek Delia?

 

Għal issa nieqaf hawn.