GP Borg mhux il-Corinthia

Share

Dalgħodu ktibt dwar Malta Today u Corinthia.  Għidt li nittama li ma jużawx kejl differenti bejn żviluppaturi skont ma min għandhom grazzja jew forsi xi ħaġa oħra.

 

Ma kontx rajt il-verżjoni stampata tal-lum.

 

Fl-ewwel paġna jużaw ton ferm aggressiv għax binja ilha abbandunata s-snin fil-Mosta se titranġa u ssir lukanda wara li ħareġ tender pubbliku.

 

L-iżviluppatur ma jagħtux verżjoni tiegħu fit-titlu kif għamlu mall-Corinthia u lanqas jitolbu kummenti tiegħu kif għamlu mas-CEO tal-Corinthia.

 

Tafx int, GP Borg kuntrattur tal-konkos u min jafu, mhux bħas-Sur Alfred Pisani.