Maġistrati tarka għal uffiċjali pubbliċi

Share

Il-Maġistrati għandhom rwol kruċjali fis-sistema ġudizzjarja. Jindirizzaw diversi kwistjonijiet legali, jiżguraw il-funzjonament effiċjenti tal-qrati, u jħarsu l-liġi fil-livell lokali.

 

 

Xtaqt pubblikament nuri l-apprezzament lejn żewġ Maġistrati għal mod kif fil-qadi ta’ dmirijiethom jiddefendu uffiċjali pubbliċi.

 

 

Qed nirreferi għal Dr. Donatella Frendo Dimech u Dr. Joe Mifsud. Żewġ Maġistrati li huma tarka għal uffiċjali pubbliċi fosthom uffiċjali għaż-żamma tas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi.

 

Ħajr għall-ħidma li qed twettqu.