Nerġa’ nwassal il-kondoljanzi lil familja Gouder.
Għadni kemm qrajt dan l-artiklu ta’ The Times u ma tagħnix ma nikkumentax.
Mela Michael Piccinino kkonferma li għalissa se jkun qed jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Allura qed nifhem sew li dan ifisser li Gouder kien l-uniku wieħed li għamlulu pressjoni kbira biex jaċċetta?
Jiggifieri jekk mhux Gouder m’hemm ħadd iktar interessat?
Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jidher ċar lil Gouder kienu se jpoġġuh hemm għax ‘yes man’ tal-establishment u għax raġel twajjeb joqgħod kif ipoġġuh dawk li jimmanuvraw wara l-kwinti.
Iva. Il-madmad kienu se jwikkuh lil Gouder.
U allura kienu se JUŻAWH biex isodd t-toqob. Toqba kera ta 30 miljun ewro dejn.
Issa nafu li HADD MA KIEN INTERESSAT FIL-KARIGA!!
Nisperaw li l-inkjesta tinvestiga saritx ‘undue pressure’ fuqu mill-Partit Nazzjonalista biex ikollu jaċċetta kariga mimlija problemi u bi tletin miljun dejn.