Ħafna staqsewni dwar is-sitwazzjoni politika u s-surveys bħalissa. Dawn huma l-kummenti tieghi.
1. Mhux se nikkummenta dwar metodu użat f’surveys oħra u ċertu aġendi. Mhux se il-noqgħod nilgħab dan il-logħob. Minflok se nitkellem dwar dak li jirriżultali minn riċerka tiegħi.
2. Mhux nara sitwazzjoni fejn il-PL hu minn taħt u nara li ċertu riżultati ġejjin minn interpretazzjoni żbaljata tan-numri.
3. Xorta hemm affarijiet u messaġġi ċari għal Gvern u l-Partit Laburista, uħud minnhom m’humiex sbieħ. Mir-riċerka tiegħi li dalwaqt nippubblika joħroġ iżda li hemm hafna Laburisti indeċiżi. Dan jpoġġi s-sitwazzjoni politika fis-sitwazzjoni ta’ dak li konna qed ngħidu f’Ġunju u qabel li hemm ħafna votanti PL li huma inċerti x’ser jagħmlu jew mhux ser jivvutaw.
4. Il-poplu jaf li l-Gvern qed jagħtih il-flus iżda dan issa m’ għadux biżżejjed. Il-poplu għandu aspetattivi differenti.
5. Min-naħa tiegħu, minflok jipprova jikkonvinċi, il-Gvern reħa l-aġenda f’ idejn l-għaqdiet u social media.
Eżempju ta’ dan hija l-kwistjoni tal-barranin. Partiti qegħdin hemm biex jgħatu d-direzzjoni lill-pajjiż, anke fil-kwistjoni tal-barranin jridu jgħidu u jkunu kapaċi jikkonvinċu biex juru fejn hemm bżonn barranin. Elezzjoni ma tintrebaħx bil-likes iżda bl-imħuħ u qlub.
6. L-Oppożizzjoni wieqfa fil-voti li għandha. Bis-sitwazzjoni attwali mhux se żżid sakemm ma tagħmilx ċertu bidliet. Fin-nuqqas ta’ dan, iċ-ċansijiet tagħha bħalissa jiddependu biss mill-għażliet tal-Gvern.