Iwieġbuk Biss Jekk Int ta’ Repubblika

Share

Filwaqt li ma weġbunix għall-ewwel mistoqsijiet dwar membri, irċevejt risposta li qaluli kitibha n-Nutar tal-Kurja ta’ Charles Ġuda.

 

It-tweġiba kienet;

 

“Repubblika hi konformi mal-obbligi tagħha fa’ rapietagg skont il-liġi li tirregola l-għaqdiet volontarji.  Il-finanzi huma vverifikati minn awditur indipendenti minkejja li dan mhux meħtieġ skont il-ligi.

 

Nirrapurtaw perjodikament u skont il-liġi lill-Kummissarju dwar l-Għaqdiet Volontarji.

 

Mill-bqija aħna kontabbli lill-membri tal-għaqda għal kif namministraw il-fondi tal-għaqda tagħhom.  Lil hinn minn hekk, il-mistoqsijiet tiegħek huma dwar materji interni.”

 

Minn x’ hiex qed jibżgħu biex ma jridux iwieġbuni?